F’dikjarazzjoni dwar ir-reazzjonijiet għall-pożizzjoni ppubblikata mill-Knisja dwar it-terapija tal-konverżjoni, il-Knisja qalet li m’hemm xejn fil-pożizzjoni li ppubblikat li tista’, anke b’xi mod remot, tiġi interpretata li tfisser li l-omosesswalità hi mardna jew diżordni.
Il-Knisja saħqet ukoll li mhux veru li l-pożizzjoni torbot l-omosesswalità mal-abbuż tat-tfal.
Din id-dikjarazzjoni l-Knisja għamlitha wara numru ta’ reazzjonijiet minn diversi entitajiet u għaqdiet non-governattivi li qalu li l-omosesswalità m’għandiex tkun imxebbħa mal-mard. Dan wara li l-Knisja ppubblikat il-pożizzjoni tagħha dwar it-terapija ta’ konverżjoni li dwarha hemm abbozz ta’ liġi.
F’terapija ta’ konverżjoni, persuna tkun tista’ tingħata terapija biex tbiddel l-orjentazzjoni sesswali.
Fid-dikjarazzjoni tagħha, il-Kurja qalet li imkien ma uriet sentiment negattiv jew li b’xi mod inaqqas mir-rispett għad-dinjità ta’ persuni LGBTIQ.
Għall-kuntlarju, il-Knisja qalet li l-pożizzjoni tagħha tgħid b’mod ċar li t-terapija ta’ konverżjoni kontra r-rieda ħielsa u l-kunsens infurmat ta’ dak li jkun għandha tkun ipprojbita.
Dan filwaqt li qalet ukoll li temmen li l-liġi għandha tirrikonoxxi b’mod ċar li kull persuna adulta tkun ħielsa li tingħata kwalunkwe servizzi psikoloġiċi jew servizzi oħra terapewtiċi li tixtieq jew teħtieġ, dwar l-orjentazzjoni sesswali, l-identità u l-ġeneru tagħha.
//= $special ?>