L-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech se jkun qed imexxi l-pellegrinaġġ għat-talb tax-xita. Dan ġie mħabbar fil-knejjes madwar il-gżira Għawdxija, fejn l-Isqof Grech talab lil bdiewa kif ukoll lill-Għawdxin kollha biex jattendu għal dan il-pellegrinaġġ penitenzjali għax-xita.
Il-pellegrinaġġ se jsir nhar il-Ħadd fl-4 ta’ wara nofsinhar, fejn se jibda mill-knisja parrokjali tal-Qala u jibqa sejjer sal-kappella tal-Immakulata Kunċizzjoni fil-Qala fejn fl-aħħar issir quddiesa.
//= $special ?>