Id-dizzjunarju Kelmiet il-Malti jiġbor fih madwar 70,000 kelma tal-lingwa Maltija, filwaqt li dizzjunarju Ingliż Oxford fih madwar kwart ta’ miljun kelma. Saħansitra gurilla fl-Istati Uniti bl-isem ta’ Koko tgħallmet madwar 1,000 kelma. Iżda l-vokabularju tal-lingwa Toki Pona fiha biss 123 kelma.
Dak li jkun jistqasi kif jista’ jkun li wieħed ifisser dak kollu li jrid jgħid bl-użu ta’ taħlita ta’ 123 kelma biss? Milli jidher kull m’għandek bżonn biex titgħallem titkellem bit-Toki Pona huma biss 30 siegħa, fejn mijiet ta’ entużjasti fil-Ġappun, Belġju, New Zealand u l-Arġentina qegħdin jippratikaw billi jitkellmu ma’ xulxin online.
Per eżempju, din il-lingwa fiha biss l-użu ta’ ħames kuluri prinċipali, loje (aħmar), laso (blu), jelo (isfar), pimeja (iswed) u walo (abjad). B’hekk wieħed jista’ jikkombina l-kuluri biex ifisser dak li jrid, eżempju ‘loje walo’ għal roża. Bħal din is-sistema hemm ukoll sistema ta’ kommunikazzjoni li tintuża biex wieħed ifisser in-numri.
Din il-lingwa ta’ Toki Pona inħolqot fl-2001.
//= $special ?>