Fl-aħħar jiem, spikka paniku sħiħ fl-Isptar Mater Dei kawża ta’ nuqqas serju ta’ mediċini … saħansitra anke fl-ITU. Minkejja l-wegħdiet tal-Gvern Laburista li jsolvi din il-problema, jirriżulta li s-sitwazzjoni sejra għall-agħar.
Ir-rabja kbira għal dan in-nuqqas mhux ġejja biss mill-pazjenti, li jiddependu minn dawn il-mediċini, iżda wkoll mill-professjonisti li jridu jaffaċċjaw din il-kriżi. Spiżjara, tobba, u infermiera qed juru t-tħassib serju tagħhom għax, skont huma, dawn il-mediċini suppost kellhom jaslu fil-wards u fl-ITU qabel tmiem il-ġimgħa li għadda.
Madankollu, f’mument partikolari matul dan ix-xahar, kien hemm madwar 45 mediċina nieqsa, li minnhom huma “life-saving” fl-ITU.
(Ritratt: Il-mediċina Heparin, li hi medicina li traqqaq id-demm u “life-saving”)
//= $special ?>