Stilista tax-xagħar fir-Renju Unit qatlet lis-sieħeb b’daqqiet ta’ sikkina wara li ’tilfitha miegħu’ talli iqatta’ żmien eżaġerat fuq Facebook.
Terri-Marie Palmer, ta’ 23 sena, kienet użat in-network soċjali biex tibgħat messaġġ li ‘Damon Searson (il-boyfriend tagħha) kien qed jirrabjaha bil-kbir wara li ffissa fuq Facebook u dam is-sigħat fuq il-websajt filwaqt li jinjoraha kompletament kull darba li tkellmu’.
Mumenti wara, hi qabdet sikkina tal-ħobż u deffsitu f’qalb Searson, li dak il-ħin kien qed jara l-messaġġi li kien irċieva online. Palmer, imbagħad, ċemplet fuq in-numru 999 u qalet li Searson – raġel ta’ 24 sena mingħajr impjieg fiss – ‘spiċċa jinfed lilu nnifsu b’sikkina waqt li kien qed jiċċajta magħha’ fil-karavan tagħhom f’Heysham, f’Lancashire.
Intant, qorti fi Preston ‘il quddiem iddikjarat lil Palmer ħatja dwar omiċidju u kkundannatha l-ħabs għal għomorha.
//= $special ?>