Minn April li ġej, it-turisti kollha li jżuru pajjiżna u jqattaw l-lejl, se jkollhom iħallsu €0.50 kull lejl.
Il-gazzetta Taljana TTG Italia, għamlet kuntatt mal-Ministru tat-Turiżmu Edward Zammit Lewis fir-rigward ta’ din l-eco-tax. Il-Ministru qal li din it-taxxa mistennija li trendi dħul ta’ madwar 6 miljun ewro fis-sena, u li dawn il-fondi se jiġu allokati għall-proġetti marbuta mat-turiżmu stess. Il-Ministru qal li din is-sistema hija simili ta’ dik addottata diġa’ minn sittax-il pajjiż fl-Unjoni Ewropea.
Turisti taħt it-18-il sena se jkunu eżentati milli jħallsu din it-taxxa, u l-massimu li persuna tista’ tħallas globalment se tkun ta’ €5.
//= $special ?>