Lokali

“Rekord ta’ pazjenti fil-bżonn ta’ kura fl-Ingilterra” – Puttinu Cares

Puttinu Cares qed jitolbu għall-għajnuna tal-pubbliku hekk kif fl-aħħar ġimgħat kien hemm rekord ta’ pazjenti li kellhom bżonn il-kura fl-Ingilterra.

F’filmat ippubblikat minn Puttinu Cares, intqal li f’Jannar kien hemm aktar minn 90 pazjent li telgħu għall-kura fl-Ingilterra.

Puttinu Cares taħdem ma’ pazjenti, partikolarment tfal, li jkunu morda u li jkollhom bżonn imorru barra minn xtutna biex jingħataw il-kura.

Fost is-servizzi li toffri, Puttinu Cares toffri akkomodazzjoni għall-pazjenti u l-familji tagħhom bil-għan li l-pazjenti jibqgħu f’ambjent familjari kemm idumu jingħataw il-kura.

Il-pubbliku hu mħeġġeġ li joffri l-għajnuna tiegħu billi jibgħat e-mail fuq info@puttinucares.org.