Grupp ta’ 24 student tal-Junior College, akkumpanjati minn Lecturers tagħhom żaru Strasburgu, fejn kellhom l-opportunità jżuru l-belt Franċiża u anke jaraw l-iżviluppi ta’ arkitettura li għaddiet minnhom.
L-istudenti kellhom l-opportunità wkoll iżuru l-Qorti tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill Ewropew, fejn kienu indirizzat mill-Imħallef Vincent Degaetano.
Matul iż-żjara, li kienet organizzata mill-Eurocentre u bil-kollaborazzjoni tal-Parlament Ewropew, huma kellhom ukoll l-opportunità li jżuru l-attivitajiet organizzati għall-Jum Euroscola, imtella’ fil-Parlament Ewropew.
//= $special ?>