Lokali

“Tlifnik minn fostna, iżda mhux minn qalbna” – Ħbieb ta’ Clint Farrugia

“Illum tlifnik minn fostna, iżda mhux minn qalbna”. Dan kien kumment fuq facebook ta’ waħda mill-ħbieb ta’ Clint Farrugia, li lbieraħ miet f’inċident bil-mutur fil-Manikata fl-eta ta’ 26 sena.

F’kumment fuq facebook, Roselyn Spiteri qalet li Clint dejjem laqagħhom bi tbissima simpatika u li l-ħbieb kollha kienu jistgħaġbu bl-enerġija pożittiva tiegħu.

B’referenza għal grupp ta’ ħbieb, Roselyn fil-messaġġ lil Clint qalet li “impossibbli ssib grupp ta’ ħbieb magħqud bħal tagħna, u kont int li għaqqadtu.”

Fi ftit ħin fuq facebook inħolqot ukoll paġna biex tfakkar il-memorja ta’ Clint Farrugia.

hbieb clint farrugia

Ritratt : Clint Farrugia mal-grupp ta’ ħbieb tiegħu