Żewġ jets tat-tip Eurofighter EF2000 tal-qawwiet tal-ajru Taljani kellhom jinterċettaw ajruplan Malti ta’ waħda mill-iskejjel tat-tagħlim li spiċċa fiż-żona ta’ Comiso.
Jirriżulta li l-ajruplan tilef il-kuntatt mar-radju tal-komunkazzjoni, bil-konsegwenza li ma rrispondiex għal numru ta’ tentattivi ta’ komunikazzjoni li saru mill-awtoritajiet Taljani.
Kien hawn li ttieħdet id-deċiżjoni li mill-ajruport militari ta’ Trapani-Birgi jtiru ż-żewġ jets biex jinterċettaw l-ajruplan Malti u ggwidawh sakemm kiseb lura l-komunikazzjoni.
//= $special ?>