Dalgħodu waslu Malta 15-il immigrant mill-Eritreja bħala parti mill-programm ta’ rilokazzjoni mill-Italja u l-Greċja, ftehim kien milħuq is-sena li għaddiet.
Dawn l-immigranti waslu mill-Italja u fil-ġranet li ġejjin se joqogħdu fiċ-ċentru tal-Marsa.
Matul dawn l-aħħar ġranet, se jsirulhom eżamijiet mediċi, ir-reġistrazzjoni fis-sistema Ewropea u kif ukoll se japplikaw għall-protezzjoni internazzjonali. Wara se jittieħdu fiċ-ċentru miftuħ tal-AWAS.
Fl-1 ta’ Marzu se jaslu Malta sitt immigranti oħra mill-Greċja. Skont dan il-programm Ewropew huwa mistenni li aktar immigranti jaslu f’Malta.
Skont dan il-ftehim 189 immigrant iridu jmorru f’pajjiżi oħra Eworpej mill-Italja u l-Greċja fi żmien sentejn.
//= $special ?>