Il-kumpaniji Mars u Snickers se jiġbru lura ammont kbir ta’ ċikkulati madwar l-Ewropa wara li fihom instab illi kien hemm biċċiet tal-plastik.
L-Aġenzija tal-aħbarijiet AFP qed tirraporta illi l-prodotti kollha tal-Mars fl-Ingilterra ġew affetwati. Affetwati ukoll ċikkulati oħra bħall-Milky Way Minis u Celebrations.
Iċ-ċikkulati li qed jinġabru għandhom dati tal-konsum tagħhom bejn Ġunju 2016 u Jannar 2017.
Jidher li l-prodotti li qed jinġabru lura jinsabu l-Italja, l-Olanda, il-Ġermanja, Franza, Spanja u r-Renju Unit. Malta ma tissemix f’din il-lista.
//= $special ?>