Lokali

FILMAT : “Clint se jibqa’ jgħix fil-memorja tagħna għall-ġid li għamel”

“Clint se jibqa’  jgħix fil-memorja tagħna għall-ġid li għamel. Kien jinduna meta xi ħadd ikun fil-bżonn u jagħmel dak li jista’ biex jgħinu.”

Kliem Fr. Charles Said, Sależjan, hekk kif iktar kmieni llum wara nofsinhar fil-Knisja Kolleġġjata Proto-Parroċċa ta’ San Pawl fir-Rabat ingħatat l-aħħar tislima liż-żagħżugħ Clint Farrugia, is-sewwieq li miet f’inċident tat-traffiku il-Ħadd li għadda fil-Manikata.

Quddiem Knisja ppakkjata bin-nies, fosthom ħafna żgħażagħ, Fr. Said wera d-dispjaċir tiegħu għal din it-traġedja. “Kemm nixtiequ li għandna l-kapaċita’ mmorru lura, u jkollna magħna mill-ġdid lil Clint, mimli ferħ, ħajja u entużjażmu,” qal Fr. Said, li fisser lil Clint bħala bniedem ġeneruż u qalbu tajba.

L-aħħar vjaġġ għal Clint Farrugia beda fis-14:00 akkumpanjat minn sħabu fuq il-muturi, il-passatemp li tant kien iħobb, b’korteo mill-isbaħ minn grupp imdaqqas ta’ sewwieqa.

Accept Analitiċi cookies to view the content.

 

Accept Analitiċi cookies to view the content.