Lokali

Filmati u Ritratti: Nirien f’appartament f’Santa Venera joriġinaw minn fridge, ħadd ma jweġġa’

Ħadd ma weġġa’ fi ħruq li seħħ dalgħodu f’Santa Venera.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10.45am fi Triq l-Omnibus meta nirien li aktarx żviluppaw minn ħsarat fil-fridge ħasdu lill-persuni li kienu fil-post.

Għalkemm xi persuni kienu ġewwa waqt il-ħruq, fortunatament dawn ma sofrew l-ebda feriti.

Fil-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, li kkontrollaw in-nirien f’qasir żmien.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.

Accept Analitiċi cookies to view the content.

Accept Analitiċi cookies to view the content.