Lokali

Il-Komunita’ Musulmana se titlob għax-xita

Il-Komunita Musulmana se tieħu ħsieb torganizza talb speċjali biex tagħmel ix-xita f’Malta, dan qalu l-Imam illum fi stqarrija.

It-talb se jkun qed jinżamm nhar il-Ġimgħa li ġej fiċ-ċentru Iżlamiku ta’ Kordin fis-13,45.

It-talb se jkun jinkludi wkoll dak tradizzjonali fejn se jinqraw xi kapitli mill-Quran u kif ukoll talb ieħor li jitlob l-Allah għax-xita.

L-Imam qal li l-prattikanti se juru l-faqar tagħhom billi jdawru l-ħwejjeġ ta’ barra tagħhom in-naħa l-ħażina. Filwaqt li se jqajjmu idejhom biex jitolbu aktar l-Allah dwar .

L-Isqof ta ‘Għawdex ħabbar nhar il-Ħadd li għadda li se jwassal pellegrinaġġ għax-xita il-Ħadd li ġej wara nofsinhar fil-Qala.