Internazzjonali

Il-konflitta fil-Libja: Milizzji Iżlamiċi jitilfu territorju importanti f’Benghazi

A Libyan military soldier fires his weapon during clashes with Islamic extremist militias in Benghazi, Libya, Thursday, Oct. 30, 2014. Government troops entered central Benghazi Wednesday after nearly 10 days of fighting Islamic extremist militias, a military spokesman said, in violence that killed dozens of people and forced hundreds of families to flee. (AP Photo/Mohammed el-Sheikhy)

Rapporti mil-Libja qalu li l-milizzji Libjani Iżlamiċi tilfu l-kontroll ta’ zoni importanti fil-belt ta’ Benghazi ‘fejn in-nies kienu qegħdin jiċċelebraw fit-toroq’.

Ir-rapporti qalu li ġellieda leali għall-Ġeneral Khalifa Haftar, magħruf bħala anti-Iżlamiku, ħadu kontroll tal-port u sptar ta’ Benghazi waqt li qatgħu l-aċċess minn rotta importanti għat-trasport ta’ armamenti.

Eluf ta’ nies ħarbu mill-inħawi ta’ Benghazi – fejn kienet żbruffat ir-rewwixta tal-2011 kontra l-eksreġim tad-dittatur Muammar Gaddafi — wara ‘l fuq minn sena ta’ ġlied fl-inħawi.

Il-Ġeneral Haftar kien membru tal-Armata Libjana u fiż-żmien partikolari kien iġġieled fuq in-naħa tal-gruppi armati li riedu jqaċċtu lil Gaddafi. Il-Libja llum saret Stat imfarrak li qed jegħreq fil-kaos u meta għandha żewġ Parlamenti rivali appoġġjati minn varjetà ta’ brigati u milizzji.