Kelly, Shannon u Jessica u Lee, Darrell u Phil huma l-iktar ismijiet f’tatus li jitneħħew minn fuq il-ġisem fir-Renju Unit wara li r-relazzjoni tkun spiċċat.
Il-klinika ProSkin, li fl-2015 neħħiet iktar minn 6,000 tatù b’ismijiet ta’ persuni, żvelat dan ma’ ġurnal Ingliż.
Ħafna huma dawk li f’mument sabiħ fil-ħajja jiddeċiedu li jnaqqxu bil-linka fuq ġisimhom l-isem tal-maħbub jew maħbuba, u ftit li xejn jagħtu każ li f’każ li relazzjoni tispiċċa, mat-tbatija ta’ relazzjoni mkissra tibqa’ l-weġgħa u l-uġiegħ ta’ ras ta’ tatù mhux mixtieq.
Imma issa, b’intervent laser, wieħed jista’ jelimina dik l-istampa mhux mixtieqa.
Filwaqt li xtaqet tfakkar li aħjar il-prudenza minflok it-tinqix ta’ isem il-maħbub jew maħbuba, ProSkin żvelat li l-bqija tal-ismijiet l-iktar imneħħija fir-Renju Unit huma Lauren, Sarah, Lisa, Katie, Tina, Megan u Amy għan-nisa u Steve, Gary, Richard, John, Paul, Joe u Nathan għall-irġiel.
//= $special ?>