L-għaqda studenteska Studenti Demokristjani Maltin illum ħabret li se tibda’ l-ħidma tagħha fil-Giovanni Curmi Higher Secondary tan-Naxxar.
Dalgħodu rappreżentanti tal-SDM iltaqgħu ma’ Geatano Calleja, il-Kap tal-Iskola tal-Higher, fejn esprimew l-intenzjoni u l-interess tal-għaqda li tibda’ tirrapreżenta lill-istudenti tal-GCHSS ukoll.
Bħalissa l-SDM qed tirrappreżenta lill-istudenti f’ħames istituzzjonijiet edukattivi: fl-Università ta’ Malta, fil-Junior College, fl-MCAST, fiċ-Ċentru Sir M. Refalo f’Għawdex u fil-Higher Secondary fin-Naxxar.
Ftit wara l-għaqda soċjalista Pulse ħabret ukoll li anke hi se tibda’ l-ħidma tagħha fi ħdan din l-iskola.
Ritratt: Times of Malta
//= $special ?>