Michael Grech, warden ta’ 47 sena, qed jiċħad l-akkuża illi hu ħebb għal kuntistabbli mara li qed tistenna tarbija. Dan hu każ li seħħ fid-9 ta’ Frar, quddiem id-Depot tal-Pulizija meta l-warden allegatament ħareġ mill-karozza tiegħu, ħebb għall-Pulizija, u għamel ħsara fil-karozza tal-mara.
Il-Pulizija qed tistenna li jkollha tarbija fi żmien ftit ġranet. Il-każ tqajjem mill-Police Officers Union, li fuq Facebook tellgħu video li wera l-mument li fih il-warden ħareġ jaggredixxi lill-mara.
Quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud, il-mara xiehdet li dakinhar tal-inċident hi kienet qed issuq qrib il-Kurja meta r-raġel ħareġ għalih b’atteġjament aggressiv u b’użu ta’ lingwaġġ vulgari. Saħansitra, qalilha biex ma tiġbed l-ebda video.
Fil-mument tal-inċident il-Pulizija ma kienitx liebsa l-uniformi tagħha. Il-każ se jkompli jinstema’ ix-xahar id-dieħel.
//= $special ?>