Għall-ewwel darba, toħroġ allegazzjoni diretti dwar l-involviment tal-Prim Ministru fl-Iskandlu ta’ Strada Zekka, b’Gaffarena jgħid illi kien Muscat li awtorizza t-trasferiment tal-artijiet.
Dalgħodu Marco Gaffarena u martu talbu lill-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja biex tinvestiga lill-Avukat Ġenerali Peter Grech, lill-avukat Victoria Buttigieg u l-avukat Christian Falzon Scerri minħabba allegat kunflitt ta’ interess.
Fid-dikjarazzjoni ġuramentata li ġiet preżentata fil-Qorti, Gaffarena u martu qed jgħidu li saret talba biex il-Kummissjoni tinvestiga l-kummenti li għadda l-Avukat Ġenerali lill-Malta Independent on Sunday.
Iżda apparti minn hekk, f’dikjarazzjoni separata, Gaffarena qed jargumenta li l-Prim Ministru ma setax jiftaħ kawża kontra “trasferiment li awtorizza hu stess”. Din hija l-ewwel darba li Marco Gaffarena qed jistqarr b’mod ċar kristall illi kien il-Prim Ministru direttament illi awtorizza dan id-deal jinten li diġa’ kien imċanfar mill-Awditur Ġenerali fir-rapport tiegħu u li wassal għar-riżenja ta’ Michael Falzon.
//= $special ?>