Ambjent Lokali

Ritratti: Il-faċilità tal-Wasteserv fl-Imrieħel ilha ġimgħat mimlija

Il-faċilita’ ta’ Wasteserv Malta fl-Imrieħel, fejn wieħed jista’ jieħu skart goff, perikoluż jew riċiklabbli, ilha ġimgħat mimlija imbarazz li għal xi raġuni jew oħra mhux jitneħħa.

Dan wassal għal sitwazzjoni fejn il-vetturi privati ta’ dawk li qed jieħdu l-materjal għar-rimi bilkemm fadlilhom fejn jimmanuvraw, kif jixhdu dawn ir-ritratti.

Fil-passat, u fuq bażi regolari, fil-faċilita’ kienu jintbagħtu containers biex jgħabbu l-materjal u jiġi dispost kif suppost. Madankollu jidher li dan ilu ma jseħħ bil-konsegwenza li issa l-faċilita’ tinsab fl-istat li juru r-ritratti.

12596051_1090547354298985_1425190362_n