Knisja Lokali

Seminarista jingħata l-Ministeru tal-Lettorat f’Għawdex

Is-seminarista Joseph Hili, (mill-Parroċċa tax-Xagħra) ingħata l-Ministeru tal-Lettorat, dan sar fil-Quddiesa tal-5.00pm, nhar il-Ħadd li għadda, 21 ta’ Frar 2016, fil-knisja Arċipretali tal-Qala.

Waqt l-omelija l-Isqof t’Għawdex Mario Grech qal li ħafna drabi Alla jkellem lilna l-bnedmin fid-dlam u li għalkemm id-dlam huwa tqil u kollu riskji, jekk aħna niftħu qalbna għall-Kelma kollha ħlewwa u verità ta’ Alla, aħna naslu biex naraw dak li llum ma għadniex naraw.