Bħalissa fil-Kampus tal-Università qed tittella’ l-Careers & Research Fair, organizzata mill-Kunsill Studenti Universitarji (KSU), bit-tema ta’ din is-sena tkun “Fostering Talent”.
Għall-Careers & Research Fair attenda l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, li kien akkumpanjat mix-Shadow Minister għall-Edukazzjoni Therese Comodini Cachia, mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għaż-Żgħażagħ u Sport David Agius u mill-Kelliem għall-Edukazzjoni Bikrija George Pullicino.
Simon Busuttil kien akkumpanjat ukoll minn delegazzjoni tal-KSU, imexxija mill-President Becky Micallef.
Jipparteċipaw fil-fiera hemm aktar minn 20 kumpanija, bl-istudenti Universitarji għandhom iċ-ċans javviċinawhom biex jiskopru dak li l-kumpanija tista’ toffri bħala karrieri, filwaqt li anke tindokra t-talent fl-istudenti.
Matul iż-żjara tiegħu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista ltaqa’ mal-istudenti u anke mar-rappreżentanti tal-kumpaniji li qed jipparteċipaw. Hu wera s-sodisfazzjon tiegħu li llum il-ġurnata, l-istudenti qed jingħataw opportunitajiet ta’ xogħol, anke fis-setturi li investa fihom Gvern Nazzjonalista.
Simon Busuttil qal li ż-żgħażagħ għandhom jinvestu fihom infushom biex ikabbru l-possibbiltajiet tagħhom li mhux biss isibu xogħol, iżda jinvestu f’karriera.
//= $special ?>