Internazzjonali

Stennija għal waqfien mill-ġlied fis-Sirja

Il-Gvern tas-Sirja u l-grupp ewlieni magħmul minn entitajiet tal-Oppożizzjoni Sirjana qalu li jaċċettaw it-termini ta’ ftehim biex, min-nhar is-Sibt, jieqfu mill-kumbattimenti li ilhom is-snin għaddejjin fis-Sirja.

Il-Gvern Sirjan qal li se jieqaf mill-ġlied skont pjan li ħabbru l-Istati Uniti u r-Russja, iżda l-Oppożizzjoni tas-Sirja sostniet li l-koperazzjoni tagħha tiddependi minn kemm il-qawwiet tal-Gvern Sirjan iżommu lura mill-attakki tal-ajru fuq ċivili.

Mietu ’il fuq minn 250,000 fi kważi ħames snin ta’ gwerra fis-Sirja u l-Gvern u l-Oppożizzjoni ta’ dan il-pajjiż iridu jindikaw sa nhar il-Ġimgħa jekk humiex se jikkoperaw lejn waqfien mill-ġlied fl-artijiet Sirjani.

Il-ftehim intiż għal waqfien mill-ġlied ma japplikax fil-konfront tal-ISIS fis-Sirja u n-Nazzjonijiet Uniti ammettiet li l-implimentazzjoni tal-pjan tinvolvi l-isfidi kbar.

Intant, il-President tas-Sirja Bashar Assad ħabbar li se jsiru elezzjonijiet ġodda għall-Parlament ta’ pajjiżu fit-13 ta’ April. L-aħbar ingħatat sigħat wara li l-Istati Uniti u r-Russja qablu dwar il-ftehim għas-Sirja li jelenka l-waqfien mill-ġlied temporanju.