Samuel Camilleri, żagħżugħ ta’ 19-il sena minn Ħaż-Żebbuġ tilef ħajtu wara li waqa’ f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq id-Duluri, f’Tal-Pieta’ f’inċident li seħħ għall-ħabta tal-16:30.
Mill-ewwel informazzjoni jirriżulta li ż-żagħżugħ kien qed iġorr xi affarjiet meta ċeda scaffolding tal-injam li kien għaddej fuqu bil-konsegwenza li waqa’ għoli ta’ madwar tliet sulari għal bitħa interna.
Kien f’dan il-ħin li xi persuni daħlu għaż-żagħżugħ filwaqt li ssejħet ambulanza li ħadet liż-żagħżugħ lejn l-isptar Mater Dei. Sfortunatament huwa miet ftit wara.
Dwar il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali mill-Maġistrat tal-Għassa Joe Mifsud li ħatar diversi esperti biex jassistuh.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija mid-Distrett tal-Ħamrun għadhom għaddejjin.
//= $special ?>