Internazzjonali

AĠĠORNATA: jinstab l-ajruplan li ġġarraf fil-muntanji tan-Nepal

Instab l-ajruplan żgħir b’20 persuna abbord li kmieni dalgħodu kien intilef f’zona muntanjuża fin-Nepal.

Aġenziji tal-aħbarijiet internazzjonali qed jirraportaw illi l-ajruplan telaq mir-resort ta’ Pokhara, u ftit wara qata’ kull kuntatt mat-torri ral-kontroll.

Abbord kien hemm ukoll 3 membri tal-ekwipaġġ.

L-ajruplan huwa tat-tip Twin Otter operat mill-kumpanija Tara Air.