Kultura

Film qasir b’suċċess fix-xena internazzjonali fuq NET Television

.303 hu film Malti li nġibed fl-2009 bi produzzjoni ta’ The Bigger Picture. Suldat Ingliż jinqabad f’raħal okkupat minn Nażi fi Sqallija waqt it-Tieni Gwerra Dinjija. Wara sparatura ma’ suldat Ġermaniż, jispiċċawlu l-munizzjon. Millbut joħroġ bullet li tahulu sieħbu ftit tal-ħin qabel. Dan l-aħħar bullet se jsalvalu ħajtu? Jew se jwassal għal tmiem mhux mistenni tal-istorja? L-isem tal-film ġej mill-iskrataċ użati mis-suldati Ingliżi fis-snin ħamsin. Il-film rebaħ Best Overall Production, Best Cinematography u Local Jury Award fil-Malta International TV Short Film Festival kif ukoll intgħazel biex jintwera waqt il-Palm Springs International Short Fest u l-Bodega Bay International Film Festival f’Kalifornja l-Istati Uniti.

Dan il-film se jkun qed jintwera nhar is-Sibt li ġej fit-20.10 fuq NET Television.