Omm fl-Awstralja kellha l-qata ta’ ħajjitha hekk kif marret tara għaliex it-tarbija tagħha kienet qed twerżaq u sabet serp qed jigdem lil wiċċu.
Il-każ seħħ f’Macksville, f’ New South Wales.
Is-serp kien wieħed tar-razza python li kien fih tliet metri filwaqt li t-tifel għandu sitt snin. It-tifel kien rieqed fis-sodda ta’ fuq ta’ bunk bed u jidher li s-serp kien gidmu f’idu qabel ma dar għal wiċċu.
Hekk kif l-omm daħlet fil-kamra, sabet is-serp qed jigdem wiċċ it-tifel bil-kumplament imdawwar madwar ġisem it-tifel. Hi stinkat biex tneħħi t-tifel mis-sodda u ċemplet lil kuġini tagħha li ġew fil-pront u intervenew u qatlu s-serp.
It-tifel inżamm għal xi ħin l-isptar biex idewwulu l-feriti u mbagħad inħareġ wara ftit. L-omm qalet li hu ma jiftakar xejn aktarx għaliex kien rieqed meta kien attakkat u aktarx jaħseb li kienet ħolma kerha.
Is-serp mhux wieħed velenuż imma s-soltu jifga l-vittmi tiegħu qabel ma jiekolhom.
//= $special ?>

