Qorti

Ħati li aggredixxa anzjana għal €20

Raġel ta’ 29 sena mir-Rabat ammetta fil-Qorti li aggredixxa anzjana ta’ 73 sena biex mill-portmoni tagħha jeħdilha €20.

Clinton Bugeja ngħata sentenza sospiża mill-Qorti llum wara li ammetta li għandu problema serja ta’ droga. Ammetta wkoll li seraq u li darab lil Michelina Bugeja waqt li kienet miexja fi triq fil-Mosta. L-inċident seħħ nhar it-Tnejn.

Il-Maġistrat Monica Vella bagħtet lil Bugeja 13-il xahar ħabs sospiżi għal tliet snin, u poġġietu taħt ordni ta’ superviżjoni għal tliet snin u ordnatlu jibda u jtemm b’suċċess programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Mark Mercieca u għall-akkużat deher l-avukat Patrick Valentino.