Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil jiddikjara li l-Partit Nazzjonalista mhux se jagħmel ftehim minn taħt dwar l-ambjent għaliex se jkun qed iwettaq politika ambjentali serja, onesta u trasparenti.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil kien ppreżentat id-dokument finali tal-Konvenzjoni ‘Idea Ambjent’ li jiġbor fih madwar 100 proposta ambjentali.
Simon Busuttil sostna li l-Partit Nazzjonalista issa se jkompli bil-proċess ta’ djalogu u diskussjoni biex jiffinalizza l-politika ambjentali tiegħu.
Dwar il-kontroversja tal-ODŻ, il-Kap tal-Oppożizzjoni sostna li l-politika tal-Partit Nazzjonalista tispeċifika li ma jsirx bini f’ODŻ iżda jekk ikun hemm kazi eċċezzjonali għaliex għandu jsir bini, allura dawn il-każi għandhom ikunu speċifikati.
Simone Vella Lenicker tkellmet dwar l-importanza ta’ aġġornament politiku fis-settur ambjentali.
Id-dokument Idea Ambjent jiffoka fuq diversi setturi ambjentali fosthom l-ambjent bħala prijorita’, l-istrateġija ambjentali fit-tul, il-ġid komuni u l-governanza tajba.
//= $special ?>