Lokali

‘Kulħadd magħna f’Casa Żonqor’ – kummiedja fit-teatru tad-Dar Ċentrali

Il-preparazzjonijiet ilhom għaddejin ġmielhom għal din il-kummiedja, fejn is-sala tad-Dar ċentrali intramat b’apparat mill-aqwa biex jagħti spettaklu mill-isbaħ lil dawk kollha preżenti.

Il-Ġimgħa ttellgħet l-ewwel serata b’suċċes, fejn is-sala kienet mimlija u l-ispettaklu ma naqasx milli qajjem brijju sħiħ. Il-produzzjoni qed tittella bis-sehem ta’ bosta atturi famużi f’din il-kummiedja, fosthom Indri Attard u Augusto Cardinali.

Oriġinarjament, kellhom isiru tlett serati, li bdew mill-Ġimgħa u kienu se jibqgħu għaddejin sal-Ħadd, iżda minħabba d-domanda tal-pubbliku, se tittella serata oħra nhar is-Sibt 27 ta’ Frar.