Lokali

L-irtirar taċ-ċikkulati Mars u Snickers f’55 pajjiż inkluż f’Malta – se jsiru l-verifiki neċessarji

OLYMPUS DIGITAL CAMERA

Fi stqarrija id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, qal li aktar kmieni lbieraħ ġie infurmat, dwar possibbiltà li prodotti tal-marka taċ-ċikkulata, Mars, Snickers, Milky Way, Celebrations u Mini Mix, jista’ jkollhom traċċi ta’ plastik.

Madwar 55 pajjiż madwar id-dinja, fosthom Malta ġew innotifikati b’din il-possibiltà.

Għal dan il-għan, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, diġà informa lill-aġent lokali ta’ dawn il-prodotti u fis-sigħat li ġejjin se jkun qiegħed jagħmel il-verifiki neċessarji.