Kif ħabbar il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil aktar kmieni din il-ġimgħa, il-Grupp Parlamentari tal-Partit iltaqa’ llejla u ddiskuta l-abbozz ta’ liġi li jikkriminalizza t-terapija ta’ konverżjoni.
Matul il-laqgħa, ġie deċiż li l-Oppożizzjoni għandha tappoġġja l-abbozz tal-liġi meta jitressaq fil-Parlament.
Il-Partit Nazzjonalista ddiskuta l-kwistjoni anke fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit ilbieraħ filgħaxija, fejn ukoll ittieħdet pożizzjoni li l-Partit huwa kontra l-prattika tal-conversion therapy.
Minn naħa l-oħra, il-Partit Laburista għadu lanqas biss ressaq dan l-abbozz għal diskussjoni fil-Grupp Parlamentari Laburista, aħseb u ara kemm iddiskutih internament.
//= $special ?>