Lokali

“Min jaf hux se jibqa’ ħaj” – L-ewwel reazzjoni ta’ omm il-ġuvni li kien attakkat f’Paceville

L-omm li t-tifel tagħha kien attakkat min-numru ta’ bouncers f’Paceville kmieni l-Erbgħa filgħodu sostniet f’intervista waqt il-programm Newsfeed fuq Net Television li meta rat l-istat li kien fih binha, bdiet tibża li ma kienx se jgħix.

Il-kummenti kommoventi tal-omm, Charmaine Aquilina nghataw ftit sighat wara li binha Nichoals Aquilina ta’ 20 mill-marsa safa vittma ta’ numru ta’ bouncers li allegatament aggredewh wara li hu pprova jwaqqafhom meta huma kienu qed jattakkaw persuna ohra wara ġlieda f’wieħed mill-istabbilimenti ta’ divertiment f’Paceville.

Kaġun tad-daqqiet li qala’, Nicholas Aquilina sofra feriti gravi f’wiċċu u kellu ksur f’imnieħru. Waqt l-attakk Nicholas Aquilina kien attakkat minn madwar ħames bouncers li aggredewh f’żewġ postijiet.

L-omm, Charmaine Aquilina appellat għas-sigurta’ f’Paceville, għaliex m’għadux post sigur għat-tfal tagħna.

Hu mistenni li fil-ġranet li ġejjin il-pulizija jikkonkludu l-investigazzjonjiet tagħhom biex ikun stabbilit jekk għandhomx jittieħdu passi kriminali kontra min wettaq dan ir-reat.