Futbol Sport

Sospiżi diversi plejers tal-Kampjonat BOV Premier

Numru sostanzjali ta’ plejers tal-Kampjonat BOV Premier ġew sospiżi mill-Kummisarju tad-Dixxiplina tal-MFA wara l-logħbiet ta’ tmiem il-ġimgħa li għaddiet.

Pietro Viggiani ta’ Qormi u Njongo Priso ta’ Sliema huma l-agħar li marru hekk kif dawn ġew sospiżi żewġ partiti kull wieħed. Dan ifisser li Viggiani se jitlef il-logħbiet kontra Valletta u Pembroke filwaqt li Priso se jitlef dawk kontra Floriana u Hibernians.

Intant Pedro dos Santos Calcado u Samir Arab ta’ Balzan, Ryan Camenzuli ta’ Birkirkara, Jackson di Lima Siqueira ta’ Hibs, Jonas Rodriguez Ekani ta’ Mosta, Paltemio Barbetti ta’ Pembroke, Johann Bezzina ta’ Sliema, Michael Johnson ta’ St. Andrews u Federico Falcone ta’ Valletta ġew sospiżi logħba kull wieħed.

Ekani, Pedrinho u Samir Arab se jitilfu l-logħba bejn Mosta u Balzan, Jackson Lima u Michael Johnson se jitilfu l-logħba bejn St. Andrews u Hibs, Barbetti u Camenzuli se jitilfu l-logħba bejn Pembroke u Birkirkara, Falcone dik kontra Qormi u Bezzina se jitlef id-derby kontra Floriana.

Mill-Ewwel Diviżjoni Predrag Babic ta’ Lija ġew sospiżi żewġ partiti kull wieħed u Isaac Galea ta’ Mqabba, Dylan Agius ta’ Pietà u David Azzopardi ta’ Rabat ġew sospiżi logħba.

Fit-Tieni Diviżjoni Cleaven Frendo ta’ Marsa, Isaac Chircop ta’ Għargħur, Dylan Zarb ta’ Qrendi, Julian Briffa, Tonio D’Amato u Dylan Darmanin ta’ Żurrieq ġew sospiżi logħba filwaqt li Andrew Formosa ta’ Msida ġie sospiż żewġ partiti. Glen Tabone ta’ Żejtun ġie sospiż tliet partiti u Borislav Dragiev ta’ Kirkop ġie sospiż għal erbgħa. L-assistent kowċ ta’ Kirkop Joseph Galea ġie sospiż żewġ logħbiet.

Fit-Tielet Diviżjoni Fabio Muscat u Justin Muscat ta’ Luqa, Joseph Munyao Mwema ta’ Mtarfa, Clayton Micallef, Glen Attard, Jonathan Cachia u Elton Caruana ta’ Xgħajra ġew sospiżi logħba kull wieħed filwaqt li John Urry, kit-manager ta’ Santa Lucia ġie sospiż logħba.