Internazzjonali

Truppi speċjali Franċiżi fil-Libja

Hemm rapporti fil-midja internazzjonali li qed isostnu li l-Gvern ta’ Torbruk qed jingħata għajnuna minn truppi speċjali Franċiżi. Rapporti indikaw li dawn huma stazzjonati fil-bażi tal-ajru ta’ Benina fil-Lvant ta’ Bengażi.
Fi żvilupp ieħor, Brett McGurk, ir-rappreżentant Amerikan għall-koalizzjoni internazzjonali li qed tikkumbatti l-ISIS, qal li l-Istati Uniti kienet se taġixxi hekk kif tara t-theddida mill-ISIS fil-Libja tikber. Dan fl-istess ħin li wissa li l-ISIS fil-Libja qed tistinka biex tattira kemm tista’ ġellieda barranin lejn il-Libja.
McGurk qal li l-attività tal-ISIS fil-Libja kienet partikolarment inkwetanti għall-Istati Uniti.