Internazzjonali

Akkużi ta’ reati tal-gwerra fil-Libja

In-Nazzjonijiet Uniti qalet li n-naħat kollha mdaħħla fil-kunflit Libjan aktarx kienu ħatja ta’ reati tal-gwerra. Dan kien jinvolvi tortura, stupri kif ukoll l-eżekuzzjoni ta’ priġunieri.
Hekk kif ħabbar dan Zeid Ra’ad Al Hussein, il-kap tad-Dipartiment għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, ħeġġeġ lid-dinja biex tagħmel aktar biex dawk responsabbli jitressqu quddiem qorti.
Hu qal dan hekk kif ippreżenta rapport dwar l-abbużi mwettqa fil-Libja bejn l-2014 u l-2015. Ir-rapport jagħti dettalji dwar tortura brutali fuq skala kbira minn gruppi differenti u numru ta’ priġunieri miżmuma minn gruppi differenti fil-Libja li kienu mietu minħabba l-brutalità li għaddew minnha.
Apparti minhekk, kien hemm każi ta’ tfajliet li jinħatfu minn ġellieda biex ikunu stuprati kif ukoll tfal biex jintużaw bħala ġellieda, b’din tal-aħħar issir l-aktar mill-ISIS fil-Libja