Hemm problema kbira bil-Panama. U jekk il-Prim Ministru Joseph Muscat mhux qed jara dan, allura anke Muscat hu parti mill-problema.
Dan kitbu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil fuq Twitter wara li dalgħodu, il-Prim Ministru baqa’ jinsisti li jemmen dak li qed jgħid il-Ministru Konrad Mizzi.
There IS a BIG problem with Panama. If @JosephMuscat_JM can't see that, then he is himself part of the problem.
— Simon Busuttil (@SimonBusuttil) 25 February 2016
Muscat għandu jgħid il-verità kollha – il-PN
Il-Prim Ministru kompla jmur kontra d-diċenza meta dalgħodu reġa’ ddefenda lil Konrad Mizzi, li ħoloq kumpanija sigrieta fil-Panama u fond sigriet fi New Zealand.
Dan qalu l-Partit Nazzjonalista fi stqarrija wara t-tweġibiet li l-Prim Ministru Muscat ta dalgħodu lill-ġurnalisti. Il-Partit Nazzjonalista qal li Muscat mhux jgħid il-verità kollha, hekk kif nofs verità hi agħar minn gidba.
Fl-istqarrija, il-Partit Nazzjonalista appella lill-Prim Ministru biex jieqaf jigdeb u jgħid il-verità, il-verità kollha u xejn ħlief il-verità.
//= $special ?>