L-Assoċjazzjoni dwar id-Drittijiet tal-Konsumaturi (ACR) qed titlob lill-Awtorità tal-Konsumatur u lil GO plc biex jieqfu b’mod immedjat dawk li ddeskriviet bħala “prattiċi diskriminatorji” lejn uħud mill-klijenti tal-kumpanija ta’ telekomunikazzjoni.
L-assoċjazzjoni rreferiet għal stqarrija dan l-aħħar minn GO dwar ħlasijiet addizzjonali għal dawk li jirċievu l-kont tagħhom bil-posta fejn il-kumpanija qalet li se tipprovdi informazzjoni dwar ħlasijiet fir-reklami li hi tagħmel fil-mezzi tax-xandir.
L-assoċjazzjoni nnutat li dan ma jfissirx li l-kumpanija qablet li ma tibqax tiċċarġja l-miżata ta’ €2 għal dawk li jirċievu l-kont bil-posta u qalet li din il-prassi hi diskriminatorja lejn dawk li m’għandhomx aċċess għal kompjuter u li ħafna drabi jkunu anzjani jew persuni f’riskju ta’ faqar.
L-assoċjazzjoni qed tinsisti ma’ GO li b’hekk qed tippenalizza lil dawk li m’għandhomx alternattiva u li qed twettaq diskriminazzjoni kontrihom hekk kif insistiet li din il-prassi għandha tieqaf b’mod immedjat.
//= $special ?>