Il-Kulleġġ Kandidati Partit Nazzjonalista feraħ u awgura kull suċċess lis-sitt Kandidati l-ġodda li l-Kumitat Amministrattiv tal-Partit approva t-Tlieta li għadda.
Fi stqarrija, il-Kulleġġ qal li hu fatt li l-lista dejjem titwal ta’ uċuh ġodda li qed jiżdiedu ma’ dawk approvati turi li fil-Partit Nazzjonalista hemm id-dinamiżmu meħtieġ u għażla wiesgħa minfejn il-Kulleġġ Kandidati jagħżel persuni validi biex jersqu quddiem l-elettorat.
Filwaqt li l-Kulleġġ jilqagħhom fi ħdanu, iħeġġiġhom jersqu quddiem l-elettorat b’fiduċja, jaqsmu l-kunċett ta’ politika onesta u jkunu ppreparati ħalli jilqgħu u jisimgħu dak kollu li n-nies għandha x’tgħidilna u li jagħmel il-ġid ħalli nsaħħu l-politika tal-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>