Lokali

David Casa fi żjara uffiċjali fir-Renju Unit

L-MEP Nazzjonalista David Casa ġie mistieden personalment mill-Gvern Ingliż biex jiltaqa’ mal-Ministru tiegħu għall-Ewropa, David Lidington, u mal-Ministru għall-Impjiegi, Priti Patel, biex jiddiskutu l-politika tal-Gvern Ingliż għas-suq tax-xogħol.

Il-kap tad-delegazzjoni Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew se jkun akkumpanjat mill-konsulent tal-Partit Popolari Ewropew u minn ħames Ewroparlamentari oħra mill-Kumitat tal-Parlament Ewropew għax-Xogħol.

L-Ewroparlamentari se jkollhom laqgħat ma’ membri għolja fi ħdan il-Ministeru għall-Impjiegi u se jżuru t-Tottenham Jobcentre Plus. Id-diskussjonijiet mistennija jikkonċentraw fuq il-veduti tar-Renju Unit dwar Direttivi Ewropej u proposti kif ukoll it-tbassir futur tal-politika tal-Gvern Ingliż għas-suq tax-xogħol.