Lokali

Ebda feriti gravi fuq Ungeriża li allegat stupru

Ungeriża  li allegatament kienet stuprata minn Libjan kellha diversi feriti iżda ma rriżultax li kellha feriti fil-partijiet privati tagħha. Dan irriżulta minn rapport forensiku li kien ppreżentat fil-qorti mill-pataoloġista Mario Scerri li kien qed jixhed fil-kumpilazzjoni kontra  l-Libjan  ta’ 26 sena Ezzedin Salem Elaoud li qed isostni li mhux ħati li stupra mara  u kkaġunalat feriti.

L-allegat każ seħħ f’San Ġiljan fejn il-Libjan kien arrestat wara li l-mara instabet fit-taraġ tal-appartament is-6 ta’ Frar li għadda. Kien waqt li l-mara kienet l-isptar li hi identifikat lil-Libjan bħala wieħed mill-aggressuri tagħha. Skont il-mara dakinhar tal-każ hi ħarġet ma sħabha u marret f’pub f’Paceville fejn kienet qed tiżfen iżda sostniet li f’daqqa waħda sabet ruħha fl-appartament fejn kienet stuprata minn żewġt’irġiel.

Wieħed mill-irġiel kien jismu James. Il-mara ma tat ebda spjega dwar kif spiċċat fl-appartament. It-Tabib Scerri qal li l-mara irnexxielha taħrab iżda ma kinitx f’pożizzjoni li tgħid jekk kinitx liebsa jew le. Il-mara qalet lit-tabib Scerri li hi kienet tbati minn diżordni bipolari. Jirriżulta li l-espert forensiku sab li l-mara kellha livelli għolja ħafn  ta’ alkaħol kompatibbli ma xi ħadd li kien xorob iktar min-nofs flixkun inbid.

Dwar il-feriti, l-espert sab feriti ħdejn għajnejha, fi spallitha, f’żaqqha kif ukoll marka fuq għonqha iżda ma kellhix feriti jew grif fil-parti privata tagħha. Il-Libjan kellu idversi grief f’ġismu, xdaqqa f’xofftu u marka fi spalltu. It-tabib Scerri qal li kieku l-mara ipprovat tirreżisti lil-Libjan hi kien ikollha sinjali ta’ vjolenza ifl-parti privat atagħha. Hu qal li spjegazzjoni plawsibbli hi li l-mara kienet fis-sakra u għlahekk ma kinitx konxja kompletament. Il-fatt li ma kienx hemm sinjali ta’ vjolenza jffisser li ma kienx hemm pentrazzjoni sfurzata.