Minkejja li l-kumpanija Facebook nidiet numru ta’ simboli ġodda fuq is-sit soċjali sabiex in-nies ikunu jistgħu jesprimu ruħhom aħjar, xorta ma ġietx inkluża l-buttuna “Dislike”.
Diversi persuni ilhom snin jappellaw biex tiddaħħal din il-faċilita’ li hija opposta għall-famuża “Like”.
Facebook daħħal il-faċilita’ li minbarra “Like” issa tista’ tagħmel qalb, wiċċ irrabjat, wiċċ daħkan, wiċċ imbikkem, u l-buttuna “Wow”. Iżda id-“Dislike” ma dehret imkien.
Dawn il-buttuni ġodda simili għal-“Like” żdiedu fuq Facebook f’nofs din il-ġimgħa.
//= $special ?>