Lokali

FILMAT : “Jien nafda lill-Ministru tiegħi” – Joseph Muscat

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qed isostni li jafda lill-Ministru Konrad Mizzi dwar il-każ tal-attività finanzjarja tiegħu fil-Panama u fi New Zealand. Muscat esprima din l-espressjoni ta’ fiduċja fil-Ministru Konrad Mizzi waqt li kien qed iwieġeb mistoqsijiet tal-ġurnalisti.

F’dan il-każ, kienet il-media soċjali li żvelat li l-Ministru Mizzi għandu kont sigriet fi New Zealand u kumpanija sigrieta fil-Panama. Dan hu ieħor f’sensiela ta’ kontroversji li l-Gvern ta’ Joseph Muscat hu ffaċċjat bihom. Madankollu, u quddiem dawn il-każi, il-Prim Ministru jibqa’ jesprimi fiduċja fil-Ministri.

U mistoqsi jekk id-Delegati Laburisti li approvaw lill-Ministru Konrad Mizzi bħala Deputat Mexxej kellhomx ikunu jafu bid-dettalji kollha dwar Konrad Mizzi qabel ivvutaw, il-Prim Ministru qal li mhux biss id-Delegati Laburisti għandhom ikunu jafu, iżda l-pajjiż kollu.