Murtaza Ahmadi, it-tifel refuġjat li huwa fanatiku tal-plejer Arġentin Lionel Messi, qata’ ix-xewqa li kellu illi jilbes flokk oriġinali tal-istilla ta’ Barcelona.
Ir-refuġjat spiċċa kulħadd jitkellem fuqu meta ittella’ ritratt tiegħu fuq Facebook liebes borża tal-plastik, daqs li kieku kien gear ta’ Messi. Fuq il-borża, it-tifel kiteb il-kliem “Messi” u n-numru 10.
Murtaza huwa wieħed mill-miljuni ta’ refuġjati li bħalissa qed jingħataw assistenza mill-Unicef madwar id-dinja. Messi huwa wkoll ambaxxatur tal-istess organizzazjoni.
//= $special ?>