Lokali

“Il-poplu Malti għandu l-għatx għall-politika onesta, mibnija fuq il-verita’ u l-integrita” – Simon Busuttil

“Il-poplu Malti għandu l-għatx għall-politika onesta, mibnija fuq il-verita’ u l-integrita’.” Dan kien il-kliem tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil waqt attivita’ tal-Partit Nazzjonalista organizzata mill-MNPN f’San Ġwann. Tul id-diskussjoni kien hemm interventi tal-kelliema mistiedna fosthom il-membru Parlamentari Kristy Debono, l-Ekonomista il-Professur Lino Briguglio u tal-Bankier Andre’ Catania.

Il-Kap tal-PN sostna li bl-iskandli li qed jiġru madwarana li tista’ tgħid saret xi ħaġa ta’ kuljum, id-demokrazija f’Malta qed titnawwar bil-ħmieġ u l-poplu Malti qed jitlef il-fiduċja tiegħu fil-politika’. Simon Busuttil għamel referenza għall-aħħar skandlu fil-Kamp Laburista, dak ta’ Konrad Mizzi; il-persuna li qed itellaq waħdu għal Deputat Mexxej fi ħdan l-istess Partit, il-kont sigriet ta’ Konrad Mizzi li ġie żvelat fl-aħħar jiem fuq il-media nazzjonali.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni sostna li l-Panama hu pajjiż magħruf fost l-oħrajn għall-evażjoni tat-taxxi, tant li hu blacklisted anke mill-Kummissjoni Ewropea għall-prattiċi dubjużi li juża’, bħala tax haven. Huwa saqsa il-għalhiex Mizzi qed jaħbi flusu hemm?

Il-għalhiex Konrad Mizzi ma jridx jidikjara flusu iżda telgħaq jinvesti l-bod minn xtutna?

Il-Gvern Laburista huwa mimli politikanti u mhux politiċi, fejn kull ma jmur dejjem qed isir miżgħud bi skandlu wara ieħor li qed iħammar wiċċ pajjiżna.

Simon Busuttil staqsa wkoll il-għalhiex il-Prim Ministru għadu qed jagħżel li jiddefendi b’mod assolut lil Konrad Mizzi?

Fl’interventi varji mill-kelliema, l-MP Kristy Debono sostniet li l-miżuri li qed jieħu dan il-Gvern fl-Ekonomija huma biss għall-perjodu żgħir, li żgur mhux forsi li dan l-investiment mhux se jrendi għal żmien twil. Min-naħa tiegħu Lino Briguglio qal l-ġid li qed issir f’pajjiżna mhux qed jiġi troddot fi standards għoljin fejn dan il-Gvern qed jissawwar fuq il-korruzzjoni. Andre’ Catania sostna u qal li r-risposti ta’ Kondrad Mizzi rigward it-‘trust’ jixhdu kemm tassew dak li qed jgħid huwa litanija ta’ gideb, u li b’dan l-agħġir pajjiżna fl-aħħar jiem tassew niżel fil-qiegħ.

Tul id-diskussjoni tqajjmu bosta punti oħra fejn b’mod speċjali issema’ l-qasam tas-saħħa u dak tat-trasport pubbliku, setturi mifnija bi problemi kbar.