Lokali

“Issa qed nibda nifhem għaliex iż-żewġ Ministeri bl-akbar daqs u numri ta’ kuntratti ngħataw f’idejn persuna waħda” – Marlene Farrugia

Reazzjoni wkoll mill-eks Deputat Laburista Marlene Farrugia għall-każ tal-kont sigriet li għandu l-Ministru Konrad Mizzi fi New Zealand u l-kumpanija sigrieta fil-Panama.

Propju fl-eqqel tal-kontroversja u fil-ġurnata meta Konrad Mizzi se jinħatar Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, l-eks Deputat Laburista għażlet il-Facebook biex tibgħat messaġġ qasir iżda qawwi lill-Gvern ta’ Muscat.

Fil-messaġġ tagħha, Marlene Farrugia kitbet li: “Issa qed nibda nifhem għaliex iż-żewġ Ministeri bl-akbar daqs u numri ta’ kuntratti ngħataw f’idejn persuna waħda”.

Hi kienet qed tirreferi għas-Super-Ministeru li ngħata l-Ministru Konrad Mizzi, fejn għall-ewwel darba fl-istorja, il-Prim Ministru għaqqad flimkien is-Saħħa u l-Enerġija.