Ftit sigħat wara li d-Delegati Laburista saru jafu permezz tal-media soċjali bil-fond u l-kumpanija sigrieti li l-Ministru Konrad Mizzi għandu fi New Zealand u l-Panama, illum kienu mitluba jivvutaw biex jeleġġuh bħala l-id il-leminija tal-Mexxej Laburista Joseph Muscat.
Fil-fatt, kif mistenni għax tellaq waħdu, il-Ministru Konrad Mizzi kien elett bħala Deputat Mexxej tal-Partit Laburista għall-Affarijiet tal-Partit. Fl-għeluq tal-Konferenza Ġenerali Straordinarja tal-Partit Laburista, illejla, Konrad Mizzi kellu 672 vot favur mis-739 vot eliġibbli tad-Delegati kollha tal-partit. Dan ifisser li hu kiseb appoġġ ta’ 90.9% fil-mija tad-Delegati kollha. Fl-elezzjoni, 3 Delegati astjenew, 5 voti kienu invalidi u 696 validi.
//= $special ?>