Il-Ministru Konrad Mizzi, elett Deputat mexxej tal-Partit Laburista l-Ħamis filgħaxija, ma jafx x’jisimha l-kumpanija li għandu reġistrata fil-Panama.
Ippressat mill-ġurnalisti, Mizzi qal li hu se jżomm il-kumpanija, minkejja li l-Panama hu pajjiż meqjus bħala tax haven, u użat spiss biex ikun jista’ jsir il-ħasil tal-flus. Irrifjuta wkoll li jgħid għaliex minn tant pajjiżi għażel lill-Panama, minkejja li l-pajjiż hu pajjiż black listed mill-Kummissjoni Ewropea.
Ironikament iżda qal li għażel li jwaqqaf it-trust tiegħu fi New Zeland għaliex hu pajjiż trasparenti. Kompla li l-kumpanija li għandu qatt ma ntużat imma fil-futur se jpoġġi fiha l-ġid tal-familja.
Konrad Mizzi ħabbar ukoll li martu Sai Mizzi mhux se ġġedded il-kuntratt tagħha bħala special envoy tal-Malta Enterprise f’Shanghai wara kontroversja sħiħa hekk kif se jkun ilha tliet snin taqla’ €13,000 fix-xahar.
//= $special ?>