Kunsilli Lokali Lokali

Maħtur l-Eżekuttiv il-ġdid tal-KKLPN

Wara li aktar kmieni din il-ġimgħa l-Kulleġġ Kunsilliera Lokali Partit Nazzjonalista għamel il-Laqgħa Ġenerali Annwali, fejn ġew eletti 15-il Kunsillier biex jifformaw l-Eżekuttiv tal-Kulleġġ, ilbieraħ filgħaxija saret l-ewwel laqgħa, fejn ġie iffurmat l-Eżekuttiv il-ġdid.

Bħala President ġie elett Alan Abela-Wadge, Michael Fenech Adami ġie elett Viċi President, Pierre Portelli ġiel elett Segretarju, Ian Vassallo ġie elett Kaxxier, Mauro Miceli ġie elett Viċi Segretarju, Stanley Zammit ġie elett Viċi Kaxxier u PRO, Ishmael Dalli ġie elett Segretarju Internazzjonali, Anne Marie Muscat Fenech Adami ġie elett Koordinatur tal-Kumitat Amministrattiv u Paul Buttigieg ġie elett Koordinatur għal Għawdex.

Il-membri fi ħdan l-Eżekuttiv tal-KKLPN huma Graziella Galea, Amanda Abela, Gianluca Busuttil, Clayton Tanti Gregoraci, Liam Sciberras u Joanna Abdilla. Alan Abela-Wadge, Pierre Portelli u Anne Marie Muscat Fenech Adami se jkunu r-rappreżentanti tal-KKLPN fuq il-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista.

Fl-ewwel kummenti tiegħu, il-President tal-Kulleġġ Alan Abela-Wadge qal li hu kburi b’dan it-tim b’saħħtu li jiffurmaw il-KKLPN, li flimkien jinsabu lesti jaħdmu bla waqfien biex il-Kulleġġ ikun ta’ għajnuna u ta’ gwida kontinwa għall-Kunsilliera Lokali.